Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr150328
Date Icon 19/02/2015

Waqt żjara uffiċjali f’Londra, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, kellha diversi laqgħat ma’ entitajiet ta’ sptarijiet li jagħtu kura lill-Maltin u l-Għawdxin, fejn iddiskutiet kif jistgħu jiġu megħjuna dawk kollha li jmorru l-Ingilterra għall-kura.  Fost dawn, il-President iltaqgħet ma’ rappreżentanti minn Kings College, Great Ormond Street Hospital, u University College London Hospital.

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet ukoll ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, bħal m’huma s-Sick Children’s Trust u Tavistock Centre for Couple Relationships, fejn iddiskutiet proġetti ta’ kollaborrazzjoni u taħriġ rispettivament.

F’laqgħa mar-Royal Commonwealth Society, il-President ta’ Malta ddiskutiet  kif din is-soċjetà  tista’ tqajjem aktar kuxjenza u tagħrif dwar il-Commonwealth fid-dinja tal-lum.  Ir-Royal Commonwealth Society stiednu lill-President ta’ Malta għal Commonwealth Observance, li se ssir fid-9 ta’ Marzu f’Westminister Abbey, fl-okkażjoni tal-Commonwealth Day.

Waqt laqgħa oħra, din id-darba mal-Prince's Trust f’Londra, il-President iddiskutiet kif se tinbena kollaborazzjoni flimkien ma’ din it-trust, fi proġetti li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ Maltin.

Il-President ta’ Malta ġiet mistiedna ukoll biex, fit-12 ta’ Marzu, tattendi għal Celebrating Success Awards,mtella’ mill-Prince’s Trust. Waqt din iċ-ċeremonja, il-Prinċep Karlu jippremja liż-żgħażagħ li rnexxielhom joħolqu opportunitajiet ta’ xogħol jew negozju għalihom infushom, u li b’xi mod, kellhom impatt pożittiv fuq il-komunità lokali tagħhom.  Dawn iż-żgħażagħ irnexxielhom joħolqu l-opportunitajiet wara li ngħataw permess ta’ grant li ngħatat lilhom mill-istess Prince’s Trust.

Fl-aħħar taż-żjara tagħha, il-President kellha laqgħa mal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta t-Tieni fil-Palazz Buckingham.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow