Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr150310mt
Date Icon 17/02/2015

Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – 11 ta’ April, 2015 - Nomini ta’ Kandidati

Il-Kummissjonarji Elettorali jfakkru illi huma se jkunu fl-Uffiċċju tagħhom Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jirċievu nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni fil-Kunsilli Lokali li ġejjin:

Il-Birgu, L-Isla, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Ħad-Dingli, Birżebbuġa, Il-Furjana, Il-Gżira, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Il-Ħamrun, L-Iklin, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Il-Marsa, Marsaxlokk, Il-Mosta, Il-Munxar, In-Nadur, Raħal Ġdid, Il-Qala, Ħal Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Is-Swieqi, Ix-Xagħra, Iż-Żebbuġ, Iż-Żurrieq

mid-9.00 am sas-1.00pm u mit-3.00 pm sas-7.00pm nhar  l-Erbgħa 18, il-Ħamis 19 u l-Ġimgħa 20 ta’ Frar, 2015. 

Il-kandidati huma avżati li, flimkien mad-depożitu ta’ €90, għandhom jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formola tan-nomina għandha jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali li ġie ppubblikat fis-26 ta’ Jannar, 2015.   F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat, ir-rappreżentant għandu jġib prokura mill-kandidat li tkun awtentikata minn nutar pubbliku. 

Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jitniżżlu mis-sit tal-Kummissjoni Elettorali jew jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija. 

Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi Uffiċċju mill-Kummissjonarji, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini, kif ukoll nhar is-Sibt 21 u t-Tnejn 23 ta’ Frar, 2015,  fl-istess ħinijiet.

www.electoral.gov.mt 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow