AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
pr150301mt
16/02/2015
Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – April, 2015 - Ħatra ta’ Agenti mill-Partiti Politiċi
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-partiti politiċi li ser jikkontestaw l-Elezzjoni għall-Kunsilli Lokali illi huma għandhom żmien biex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali listi li fihom jinnominaw persuni għall-karigi kif murija hawn taħt:
Kariga | Artikolu tal-Liġi Kunsilli Lokali | L-aħħar data għas-Sottomissjoni |
Kandidati | 20(5) | Dakinhar tan-nomina, ie., 18,19 u 20 ta’ Frar, 2015 |
Agenti tal-Partit | 30(1)(2)(3) | 23 ta’ Frar, 2015 |
Agenti tal-Għadd | 57(2) | 21 ta’ Marzu, 2015 |
Agenti tat-Trasport | 46(6)(e) | 21 ta’ Marzu, 2015 |
Agenti Konsenjatarji | 54(1) | 21 ta’ Marzu, 2015 |
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046