AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
pr150300mt
16/02/2015
Referendum Nazzjonali u Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – April, 2015 - Ħatra ta’ Assistenti Kummissjonarji u karigi oħrajn
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-partiti politiċi li ser jikkontestaw l-Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali li għandhom sa nhar it-Tnejn, 23 ta’ Frar, 2015, sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni Elettorali lista u applikazzjonijiet relevanti ta’ persuni li jixtiequ jinnominaw bħala Assistenti Kummissjonarji, persuni biex jgħoddu l-voti, persuni biex jissorveljaw l-għadd tal-voti u aġenti tal-partit.
Il-Kummissjoni tavża wkoll lill-partiti politiċi rrappreżentati fil-Kamra tad-Deputati li għandhom jissottomettu listi u applikazzjonijiet għall-istess karigi msemmija għar-rigward tar-referendum sat-Tnejn, 23 ta’ Frar, 2015.
www.electoral.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046