Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr150296
Date Icon 14/02/2015

Il-Gvern jinsab iddispjaċut li membru tal-Partit Nazzjonalista, bl-istqarrijiet tagħha, qed tipprova timmina kunsens fil-politika barranija li nbena matul il-leġislatura li għaddiet kif ukoll matul l-ewwel sentejn ta' din il-leġislatura.

L-istqarrija maħruġa llum mill-Oppożizzjoni hija rresponsabbli u turi li min kitibha huwa maqtugħ mhux biss mir-realtà lokali iżda wkoll minn dik tal-Kunsill Ewropew.

Il-Gvern jappella lill-Oppożizzjoni biex ma tħallix l-aġir ta' persuna tipperikola kunsens li jixhed maturità li ż-żewġ naħat ħadmu għalih matul l-aħħar 7 snin.

Il-Gvern se jkompli jaħdem biex ifittex kunsens.

Il-frott tal-ħidma tal-Gvern kompla joħroġ evidenti bl-istqarrija pubblika tal-Italja li lesta tieħu sehem f’missjoni mmexxija mill-Ġnus Magħquda, pass li l-Prim Ministru ilu jimbotta ’l quddiem għal sena sħiħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow