Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU HELENA DALLI TIPPARTEĊIPA F’KONFERENZA FI NEW YORK

pr150294
Date Icon 14/02/2015

Ħtieġa ta’ aktar għarfien u impenn fil-qasam tas-saħħa tan-nisa b’mod speċjali fejn tidħol il-vjolenza fuq in-nisa u dik domestika

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Dr Helena Dalli kienet kelliema ewlenija f’konferenza organizzata mir-Royal Academy of Science International Trust (RASIT) u n-Nazzjonijiet Magħquda.

Hija tkellmet dwar il-ħtiega ta’ aktar xogħol u impenn fil-qasam tas-saħħa tan-nisa speċjalment fejn tidħol il-vjolenza fuq in-nisa inġenerali u l-vjolenza domestika b’mod partikolari. 

Fid-diskors tal-ftuħ, il-Ministru Dalli qalet li dan il-forum qed isir f’mument sinifikanti meta d-dinja qed tagħmel rendikont ta’ xi twettaq mill-għanijiet għall-iżvilupp tal-Millenju u tad-diskussjoni preżenti fuq l-Għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Dan qed isir ukoll f’għeluq l-għoxrin sena mill-Pjattaforma għall-Azzjoni ta’ Beijing. Hija qalet li filwaqt li għamilna passi sinifikanti ’l quddiem, għad għandna sitwazzjonijiet fejn in-nisa lanqas biss għandhom aċċess bażiku għall-kura medika.

Il-Ministru tkellmet fuq kif azzjonijiet li jindirizzaw  il-vjolenza fuq in-nisa u dik domestika għandhom ikomplu jkunu ta’ prijorità għal kull pajjiż. Il-liġijiet mhumiex biżżejjed imma hemm bżonn jissaħħu l-istrutturi tal-infurzar. Hemm bżonn ikun hemm dejjem aktar edukazzjoni li l-vjolenza qatt ma hi soluzzjoni. 

L-edukazzjoni,  it-taħriġ u l-indipendenza ekonomika  huma essenzjali biex in-nisa ma jsibux ruħhom f’sitwazzjonijiet fejn ikollhom jaċċettaw li jgħixu f’relazzjonijiet  fejn hemm nuqqas ta’ rispett lejn id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem. Il-Ministru Dalli enfasizzat ukoll il-bżonn ta’ aktar nisa f’postijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Dr Dalli tkellmet ukoll fuq l-għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli li għandhom jiġu addottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda u dwar il-bżonn ta’ miri ambizzjużi iżda realistiċi fl-interess tan-nisa fejn tidħol is-saħħa. 

Dwar il-vjolenza kontra n-nisa, Dr Dalli qalet li din il-problema qiegħda kullimkien, fil-livelli soċjali kollha. Il-vjolenza mhix neċessarjament waħda fiżika biss iżda ħafna nisa jgħaddu wkoll minn vjolenza psikoloġika u emozzjonali. Dan ikollu impatt negattiv fuq is-saħħa tal-mara.

Il-Ministru Dalli qalet li hemm bżonn ta’ aktar għarfien fuq din il-problema soċjali. Hija semmiet  ir-ratifika tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul minn Malta  u qalet li dan huwa sinjal ċar tal-impenn tal-Gvern Malti biex tkompli tkun indirizzata il-vjolenza fuq in-nisa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow