STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca żaret l-iskola ‘Sacred Heart Catholic Voluntary Academy’ f’Leicester l-Ingilterra. Il-President ġiet milqugħa mill-Kap tal-Iskola, Viċi Kap u l-President tal-Bord tal-Gvernaturi, kif ukoll mill-istaff tal-għalliema, li tlieta minnhom huma Maltin.
Il-President żaret il-klassijiet tal-istudenti u ddiskutiet magħhom suġġetti varji, biex tisma’ l-opinjoni tat-tfal. Għadd ta’ studenti tant kienu entużjasti għal din iż-żjara li ħejjew tpinġijiet apposta għall-President ta’ Malta, filwaqt li studenti tas-sitt sena intervistaw lilll-President bħala parti minn proġett li qed jagħmlu fl-iskola fit-tkabbir tal-għarfien tagħhom.
Il-President ġiet milqugħa wkoll fl-assemblea tal-iskola fejn hemm iltaqgħet mal-istudenti kollha. Fi tmiem id-diskors li għamlet lill-istudenti, tkanta l-innu Malti mill-għalliema Maltin ta’ din l-iskola.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046