IMĦABBRA L-GOZO SPORTS AWARDS
Is-serata finali se ssir nhar is-Sibt 28 ta’ Frar
Waqt konferenza stampa li saret fil-Vini & Capricci fil-Gozitano Għawdex, ġie mħabbar li wara nuqqas ta’ 13-il sena l-Gozo Sports Board qed jorganizza l-Gozo Sports Awards. Dan biex ikun hemm apprezzament denju u xieraq għal dawk li jaħdmu ħafna biex jaslu fejn jixtiequ u anke għal dawk li jgħinu biex iwasslu lil ħaddieħor għas-suċċess.
Kulħadd hu champion fih innifsu għax li tirbaħ il-ħin liberu tiegħek diġa jfisser li int rebbieħ iżda l-isport hu wieħed kompetittiv ukoll u dak li jkun l-aħjar fost kulħadd jiġi ppremjat kif xieraq mill-istess sportivi.
L-isportivi stess innominaw u vvutaw għall-aqwa atleti, nisa u rġiel, l-aktar żgħażagħ promettenti, l-aktar teams li għamlu suċċess f’Għawdex fis-sena li għaddiet u anke l-aktar uffiċjal denju tal-unur li ta ħafna għal ħaddieħor. Ma jfissirx li r-rebbieħ ikun ħadem aktar minn dak li ma rebaħx il-premju. Iżda bħal ma jiġri fil-ħajja xi ħadd irid ikun fost ir-rebbieħa u dak li ma rebaħx illum jiġi nstigat biex jaħdem iżjed biex darb’oħra jirbaħ hu jew hi.
Il-finali ta’ dan l-avveniment se jsir fil-Gozo Sports Complex nhar is-Sibt 28 ta’ Frar fis-7.30 p.m. taħt il-patroċinju tal-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, bil-kollaborazzjoni ta’ Vini & Capricci u Lord Chambray Beers li hi l-unika birra artiġjanali u Għawdxija.
Gozo Sports Awards – Finalists
L-ISPORTIV TAS-SENA
Calleja Melvin – Gozo Sports Combat
Cauchi Marvin – Gozo Horse Racing
Debono Charlton – Athletics
L-ISPORTIVA TAS-SENA
Saliba Maria Pia – Swimming
Vella Joanne – Gymnastics
Xuereb Emma – Gozo FA
ŻAGĦŻUGĦ PROMETTENTI
Camilleri Matthew – Greyhounds
Theuma Christian – Otters
Vella Thomas – Xewkija
ŻAGĦŻUGĦA PROMETTENTI
Farrugia Maria – Gozo FA
Scicluna Estelle – Għajnsielem Red Coats
Valentine April – Gozo Sport Combat Club
TEAM TAS-SENA
GĦAJNSIELEM REDCOATS – Soft Ball
OTTERS - Waterpolo
XEWKIJA TIGERS – Football
UFFIĊJAL TAS-SENA
Debattista Louis – Greyhounds
Mifsud Micallef Mary – GHRA
Scicluna Josef – GHAJNSIELEM REDCOATS
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046