ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN TA’ MALTA B’RATA TA’ MGĦAX FISSA
L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €120,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar b’massimu ta’ €60,000,000 kif ġej:-
(i) 2% Stock tal-Gvern ta' Malta 2020 (V) Fungibility Issue, u
(ii) 3% Stock tal-Gvern ta' Malta 2040 (I), jew
(iii) f’ammonti miż-żewġ Stocks b’valur nominali flimkien ta’ Euro120,000,000.
L-applikazzjonijiet jiftħu t-Tnejn it-23 ta’ Frar, 2015 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:
• fil-5.00 p.m. tal-Erbgħa l-25 ta’ Frar, 2015 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux Euro100,000 kull persuna, u
• f’nofsinhar tat-Tnejn it-2 ta’ Marzu, 2015 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant.
Il-prezz għal kull Stock imsemmi f’ (i) u (ii) hawn fuq, li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit nhar il-Ħamis id-19 ta’ Frar, 2015. Il-prezz ta’ kull stock jiġi mħabbar lill-Borża ta’ Malta u ppubblikat fil-ġurnali ta’ kuljum u permezz ta’ Press Release maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).
L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkant, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant.
Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta’ Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor mill-Ġimgħa l-20 ta’ Frar, 2015 .
Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fil-prospett li jista’ jitniżżel minn fuq il-website tat-Teżor (www.treasury.gov.mt) mill-Ġimgħa t-13 ta’ Frar, 2015.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046