Left arrow Go Back

IPPREŻENTAT STATE REPORT GĦALL-KONVENZJONI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA GĦAD-DRITTIJET TA’ PERSUNI B’DIŻABBILTÀ

pr150271
Date Icon 11/02/2015

Abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali jitħabbar fiż-żmien li ġej

Malta ffirmat il-konvenzjoni tal-ġnus magħquda dwar drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà f’Diċembru 2012 u għalhekk issa kien imiss li jiġi preżentat l-Istate Report ta pajjiżna bħala parti mill-obbligi assunti mal-iffirmar tal-konvenzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà u Anzjanità Attiva Justyne Caruana qalet li dan il-Gvern qed jieħu l-obbligi li għandu b’serjetà kbira. Għalhekk, f’Mejju li għadda, inħatar Focal Point Nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ din il-konvenzjoni. Qalet li permezz ta’ dan l-istate report, il-Gvern għandu stampa ċara tal-qagħda attwali tal-qasam tad-diżabbiltà u allura jagħti indikaturi ċari ta’ fejn irridu nindirizzaw u fejn irridu mmorru. Għalhekk kien eżerċizzju kritiku ħafna.

Hija sostniet li l-artikli trattati f’dan l-istate report ġew trattati wkoll fil-Politika Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà li l-Gvern nieda f’Diċembru li għadda. Hija ħabbret li l-ewwel abbozz tal-istrateġija biex tiġi implimentata din il-politika huwa lest u dalwaqt se jibda proċess ta’ konsultazzjoni.

Hija fakkret li fil-Parlament għadu kemm ġie diskuss l-abbozz ta’ liġi biex persuni b’diżabbiltà jkunu rappeżentati f’bordijiet u awtoritajiet tal-Gvern u qalet li għaddej ukoll xogħol fuq liġi li se tolqot persuni neqsin mis-smiegħ.

pr150271a.pdfpr150271a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow