Left arrow Mur Lura

PROĠETT ĠDID FIX-XEWKIJA

pr150268
Date Icon 11/02/2015

Illum ġie approvat il-permess tal-MEPA sabiex jitwettaq proġett ġdid fix-Xewkija.  Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo ħabbar li dan il-proġett jinvolvi r-restawr ta’ bini eżisteni; bini li ser jintuża għal esebizzjonijiet.  Ser jitwaqqa’ ħajt eżisteni biex hemm jinħoloq spażju miftuħ li jifforma pjazzetta.   L-isqaq u t-triq tal-madwar ser jiġu pavimentati.  Għal konvenjenza tal-pubbliku ser jinbnew faċilitajiet sanitarji.  Ser ikun hemm lift biex b’hekk il-post ikun aċċessibbli għal kulħadd.

Dan il-proġett huwa parti mill-proġetti ta’ tisbiħ ta’ lokalitajiet madwar Għawdex li l-Ministeru għal Għawdex  huwa mpenjat bis-sħiħ li jwettaq.

Il-permess jista’ jiġi segwit fuq www.mepa.org.mt permezz tan-numru ta’ referenza 3076/14.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow