Left arrow Mur Lura

FOND GĦALL-GĦAQDIET VOLONTARJI

pr150261
Date Icon 10/02/2015

Se jsiru żewġ laqgħat għall-għaqdiet volontarji li matulhom se jingħataw dettalji dwar l-applikazzjoni għall-Fond għall-Għaqdiet Volontarji.  L-ewwel laqgħa se ssir is-Sibt, 28 ta’ Frar, fil-Palazz ta’ San Anton. Il-laqgħa, li se tinkludi konferenza tal-aħbarijiet mill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, se tibda fid-9.30 ta’ filgħodu. It-Tnejn, 2 ta’ Marzu, se ssir laqgħa oħra għal min ma jkunx jista’ jattendi l-laqgħa tas-Sibt.  Il-laqgħa tat-2 ta’ Marzu se ssir fil-Palazz ta’ San Anton u tibda fil-5.00 ta’ filgħaxija. 

Dawk li jixtiequ jattendu għandhom jibagħtu nota lis-Sinjura Marlene Borg (maria-carmela.b.borg@gov.mt) sa mhux aktar tard mit-Tlieta, 24 ta' Frar.  Fin-nota għandhom jingħataw dawn id-dettalji: isem ta' min se jattendi (persuna waħda għal kull għaqda), isem tal-għaqda volontarja, u f'liema data l-għaqda tixtieq tattendi.

L-applikazzjonijiet se jiftħu fit-28 ta' Frar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow