Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA

pr150253
Date Icon 06/02/2015

Ir-roħs fil-kontijiet jissarraf fi tnaqqis fl-inflazzjoni ta’ pajjiżna u żieda fil-kompetittività għan-negozji

Il-Kummissjoni Ewropea tagħti ċertifikat ieħor pożittiv lill-Gvern għall-mod li bih qed jaħdem fil-qasam tal-enerġija.

Fit-tbassir ekonomiku tagħha għax-xitwa, il-Kummissjoni Ewropea iddeskriviet l-investiment dinamiku fil-qasam tal-enerġija bħala wieħed mill-kontributuri ewlenin għat-tkabbir ekonomiku qawwi li qed jesperjenza pajjiżna.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipprevedi żieda iktar fil-konsum tas-servizzi u prodotti grazzi għaż-żieda fil-flus fil-but tal-familji u tan-negozji li rriżultat mir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li qabel kienu meqjusin fost l-ogħla fl-Ewropa.

Irrikonoxxiet illi fattur ewlieni li wassal biex ikollna rata inqas ta’ inflazzjoni f’pajjiżna kien ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’Marzu li għadda għall-familji f’pajjiżna.

Dan ifisser li minkejja t-tkabbir ekonomiku u ż-żieda fl-impjiegi li kellu pajjiżna l-prezzijiet ta’ prodotti u servizzi għolew b’rata ferm inqas minn pajjiżi oħra.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet ukoll li t-tnaqqis fl-ispejjeż għan-negozji permezz tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma f’Marzu li ġej, flimkien mar-riformi li għaddejjin bħalissa fil-qasam tal-enerġija, ser ikunu qed iwasslu għal titjib fil-kompetittività għan-negozji.

Dan jista’ jwassal għal aktar investiment u esportazzjoni minn dak mistenni mill-Kummissjoni Ewropea.

Tirrimarka wkoll kif l-investiment privat se jingħata spinta ‘l quddiem permezz tal-kostruzzjoni tal- impjant ġdid tal-gass li jiġġenera l-elettriku, kif ukoll illi ser ikun qed isir aktar investiment permezz tal-konverżjoni tal-impjant tal-BWSC għall-gass.

Il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi iddeskriva dan ir-rapport bħala ċertifikat għall-ħidma tal-Gvern Malti f’dan il-qasam.

Qal li l-Kummissjoni Ewropea qed tagħraf kif l-isforzi tal-Gvern f’dan is-settur qed iwasslu għal tkabbir ekonomiku qawwi għal pajjiżna u li l-Gvern jinsab impenjat li jkompli jkabbar dan is-settur dinamiku f’pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow