Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA MAL-MIBGĦUT SPEĊJALI TAS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA FUQ IT-TIBDIL FIL-KLIMA, DR MARY ROBINSON

pr150248
Date Icon 06/02/2015

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, Leo Brincat, illum kellu laqgħa ma’ Dr Mary Robinson, il-Mibgħut Speċjali ta’ Ban Ki-moon li huwa s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, dwar it-tibdil fil-klima, fi New Delhi l-Indja fejn iddiskutew it-tħejjijiet u l-prospetti tas-Summit dinji ta’ Diċembru li ġej dwar l-azzjoni favur il-Klima li ser jsir f’Pariġi.

Huwa aġġorna lil Dr Robinson dwar l-isfidi u l-opportunitajiet fiċ-Ċentru tal-Mediterran fir-rigward ta’ dan il-qasam. Dr Mary Robinson kienet il-President tar-Repubblika tal-Irlanda għal bosta snin.

Il-Ministru Leo Brincat huwa l-mistieden tal-Prof. Rajendra K Pachauri, li kien rebaħ il-Premju Nobel fis-sena 2007 flimkien ma’ Al Gore, dwar it-Tibdil fil-Klima. Il-Prof. Pachauri huwa ċ-Chairperson tal-Intergovernmental Panel on Climate Change - IPCC tal-Ġnus Magħquda u d-Direttur Ġenerali ta’ TERI - Istitut ta’ riċerka u policies dwar Riżorsi u Enerġija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow