IDENTIFIKATA DAR OĦRA FIL-KOMUNITÀ GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ
pr150246
06/02/2015
Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva identifika dar f’Ħaż-Żabbar sabiex tiġi rinnovata u użata għall-dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità.
Din id-dar se tkun tista’ tilqa’ madwar 7 persuni b’diżabilità u x-xogħol preliminari f’din ir-residenza diġà beda. Dan filwaqt li għaddej ukoll l-aħħar stadju tax-xogħlijiet strutturali fir-Residenza tas-Siġġiewi u fi ftit ġimgħat oħra din id-dar se tkun tista’ tilqa l-ewwel 4 persuni b’diżabilità.
Is-Settur tad-Diżabilità dejjem kien prijorità għal dan il-Gvern, u għalhekk din is-sena se jkun qed jibqa’ jwettaq waħda mil-wegħdiet tiegħu li jipprovdi djar żgħar fil-kommunità għall-persuni b’diżabilità
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046