Left arrow Mur Lura

​STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr150240
Date Icon 05/02/2015

Il-Gvern se jappella d-deċiżjoni li ngħatat illum mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) li biha l-Qorti ddeċidiet li żżid in-numru ta' membri tal-Parlament bi tnejn favur l-Oppożizzjoni.

Il-Gvern ifakkar li fl-aħħar elezzjoni ġenerali, il-Partit Laburista kiseb 167,533 waqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 132,426 fl-ewwel għadd. Dan matematikament isarraf  b’mod ċar f’maġġoranza ta’ 9 siġġijiet skont il-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan huwa prinċipju ewlieni tas-sistema elettorali ta’ Malta.

Huwa għalhekk li l-Gvern iħoss li din is-sentenza tneħħi l-proporzjonalità fl-ewwel għadd li r-riżultat elettorali tal-elezzjoni ġenerali tal-2013 rrifletta bejn iż-żewġ partiti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow