Left arrow Mur Lura

POTENZJAL QAWWI GĦAT-TISĦIĦ TAR-RABTIET BEJN MALTA U L-INDJA - IL-MINISTRU LEO BRINCAT

pr150239
Date Icon 05/02/2015

“Hemm potenzjal qawwi għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn Malta u l-Indja.” Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat waqt taħdidiet li kellu ma’ Prakash Javadekar, il-Ministru Indjan għall-Ambjent, Afforestazzjoni u t-Tibdil tal-Klima, fl-Uffiċċju tal-Ministru f’New Delhi.

Il-Ministru Brincat qal li pajjiżna jħares lejn l-Indja bħala protagonist prominenti fix-xena globali, ekonomikament u politikament.

Huwa wera s-sodisfazzjon tiegħu li x-xahar id-dieħel iż-żewġ pajjiżi jagħlqu nofs seklu ta' relazzjonijiet diplomatiċi bejniethom u fisser il-konvinzjoni tiegħu li l-Indja għandha rwol kruċjali u importanti x'tilgħab biex twassal għas-suċċess ta' żewġ ġrajjiet ewlenin : is-Summit tal-Ġnus Magħquda ta’ Settembru dwar l-iżvilupp sostenibbli u s-Summit dwar it-Tibdil tal-Klima ta’ Pariġi f’Diċembru li ġej li tant hemm stennija għalih.

Il-Ministru Leo Brincat li jinsab New Delhi sabiex jieħu sehem f’Summit dwar l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil tal-Klima, qal li taħdidiet bħal dawn mal-akbar pajjiż fil-Commonwealth li mistenni jkollu waħda mill-akbar rati ta’ tkabbir ekonomiku fl-Ażja, jistgħu jħallu biss il-frott għaż-żewġ naħat.

Iż-żewġ Ministri tkellmu wkoll dwar l-afforestazzjoni u l-ekonomija l-ħadra u ddiskutew l- prospetti ta’ protokol dwar l-Ambjent u l-Klima.

Għal-laqgħa l-Ministru Brincat kien akkumpanjat mill-Kummissarju Għoli ta’ Malta għall-Indja John Aquilina,

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow