Left arrow Go Back

IL-MINISTRU LEO BRINCAT JIKKONFERMA R-RABTA TAT-TNIĠĠIS AMBJENTALI MAL-KANĊER SKONT L-INTERNATIONAL AGENCY FOR RESEARCH ON CANCER

pr150225
Date Icon 05/02/2015

Meta kien qed jindirizza konferenza li tfakkar il-World Cancer Day 2015 organizzata mill-Action for Breast Cancer, taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, il-Ministru Leo Brincat qal li l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer – International Agency For Research On Cancer ilha żmien tisħaq li parti kbira mill-każi ta’ kanċer għandhom rabtiet diretti jew indiretti ma’ fatturi ambjentali u b’hekk b’aktar ħsieb, għaqal u prudenza jistgħu f’ħafna każi jiġu evitati.

Il-Ministru Brincat qal li dan ikompli jikkonferma r-rabtiet diretti bejn l-ambjent u s-saħħa, filwaqt li saħaq li wieħed jagħżel li ma jagħmel xejn dwar dan mhix għażla aċċettabbli.

Huwa saħaq li jekk il-pajjiżi - tagħna inkluż - jipprattikaw management ambjentali aħjar dan mhux biss ikun qed jsaħħaħ il-ħarsien ambjentali iżda wkoll is-saħħa tal-bniedem u l-ekonomija nnifisha.

Il-Ministru qal li hekk kif ninsabu nħejju l-Post 2015 Agenda tal-Iżvilupp u l-Miri għall-Iżvilupp Sostenibbli (Sustainable Development Goals) tal-Ġnus Magħquda, huwa meħtieġ li naħsbu u naħdmu b’dan il-mod integrat.

Huwa ta għadd ta’ eżempji dwar kif il-Gvern Malti qed juri kemm jemmen fil-prattika li ambjent aħjar iwassal għal saħħa aħjar u semma fost affarijiet oħra: il-pjan nazzjonali dwar l-immaniġġjar tal-iskart, il-bidla għall-gass fil-power station, l-għeluq tal-power station tal-Marsa, l-impenn favur kwalità tal-arja aħjar, it-tħaddir tal-kommunitajiet u għadd ta’ miżuri oħrajn li wieħed isib fil- Budget 2015 innifsu.

pr150225a.pdfpr150225a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow