Left arrow Go Back

DESIGN REVIEW PANEL IMMEXXI MILL-KAMRA TAL-PERITI BIEX JAGĦŻEL ID-DISINN TAL-BARKARELLI TAL-BELT

pr150221
Date Icon 04/02/2015

Aktar minn 50 disinjatur u perit interessati fl-Espressjoni ta’ Interess

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi żgħar se jaħtar Design Review Panel biex jagħżel wieħed mid-disinji tal-Barkarelli tal-monti tal-Belt Valletta, li se jkunu sottomessa bħala parti mill-proċess tal-Espressjoni ta’ Interess li se joħroġ għal dan il-għan.

Kif diġà ġie mħabbar, il-Gvern ħa nota tal-kummenti espressi mill-pubbliku fuq il-barkarelli li kienu se jintużaw mill-bejjiegħa tal-monti tal-Belt Valletta, ladarba jkunu rilokati fi Triq l-Ordinanza.

Għaldaqstant, kienu mistiedna fost oħrajn il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li fil-portafol tiegħu hemm diversi entitajiet kulturali, kif ukoll il-bejjiegħa tal-monti biex jinnominaw rappreżentant fuq id-Design Review Panel li se jkun presedut mill-President tal-Kamra tal-Periti, il-Perit Chris Mintoff.

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar ħabbar li kien se joħroġ Espressjoni ta’ Interess nhar it-Tnejn li għadda u stieden lil dawk kollha li huma interessati biex jissottomettu l-interess tagħhom sa nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Frar. Sal-lum kien hemm aktar minn ħamsin kumpanija jew invidividwi li sottomettew l-interess tagħhom biex jieħdu sehem f’dan il-proċess.

Il-Ministeru tal-Ekonomija, Ivestiment u Intrapriżi Żgħar, jisħaq li d-disinji tal-barkarelli għandhom estetikament jikkumplimentaw il-madwar waqt li jkunu prattiċi għall-konsumaturi u l-istess bejjiegħa biex jiġġestixxu l-attività kummerċjali tagħhom. 

Ir-rilokazzjoni tal-monti tal-Belt għal Triq l-Ordinanza ser isseħħ kif imħabbar fl-ewwel budget ta’ dan il-Gvern. Din ir-rilokazzjoni għandha tkun ta’ benefiċċju kemm għall-bejjiegħa kif ukoll għall-konsumaturi, waqt li tagħti aktar ħajja lin-negozju.

Il-Gvern jisħaq li din mhix ser tkun sempliċi rilokazzjoni tal-monti imma wkoll ri-organizzazzjoni tal-monti, b’barkarelli uniformi, indafa u sensiela ta’ standards li l-bejjiegħa se jkollhom josservaw.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow