83 SOTTOMISSJONI GĦALL-PROĠETTI KAPITALI MILL-KUNSILLI LOKALI
Fil-5 ta’ Jannar li għadda, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonniċi, u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, nedew Fond għall-Proġetti Kapitali biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jwettqu proġetti kapitali ta’ fejda għall-komunità.
Issa li għalaq iż-żmien biex jigu sottomessi l-applikazzjonijiet, b’kollox tressqu 83 proġett minn 53 Kunsill Lokali differenti. 14-il Kunsill huma minn Għawdex u b’kollox ipproponew bejniethom 20 proġett. Uħud mill-Kunsilli anke pproponew proġett konġunt ma' xulxin.
Immedjatament ser jibda proċess ta’ evalwazzjoni minn Bord tekniku li hu maħtur apposta bil-għan li jiġu identifiki l-proġetti li l-Gvern ser ikun qed jgħin permezz ta’ dan il-Fond.
Il-fond se jkun magħmul minn miljun Ewro.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046