Left arrow Go Back

83 SOTTOMISSJONI GĦALL-PROĠETTI KAPITALI MILL-KUNSILLI LOKALI

PR150220
Date Icon 04/02/2015

Fil-5 ta’ Jannar li għadda, il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonniċi, u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, nedew Fond għall-Proġetti Kapitali biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jwettqu proġetti kapitali ta’ fejda għall-komunità.

Issa li għalaq iż-żmien biex jigu sottomessi l-applikazzjonijiet, b’kollox tressqu 83 proġett minn 53 Kunsill Lokali differenti.  14-il Kunsill huma minn Għawdex u b’kollox ipproponew bejniethom 20 proġett. Uħud mill-Kunsilli anke pproponew proġett konġunt ma' xulxin.

Immedjatament ser jibda proċess ta’ evalwazzjoni minn Bord tekniku li hu maħtur apposta bil-għan li jiġu identifiki l-proġetti li l-Gvern ser ikun qed jgħin permezz ta’ dan il-Fond.

Il-fond se jkun magħmul minn miljun Ewro.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow