Left arrow Mur Lura

DELEGAZZJONI TAL-PARLAMENT MALTI TIPPARTEĊIPA FIS-SESSJONI PLENARJA TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-MEDITERRAN

pr150219
Date Icon 04/02/2015
F'Monaco qed titlaqqa’ d-disa’ sessjoni plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran li għaliha qed tattendi u tipparteċipa delegazzjoni Maltija komposta mis-Segretarju Parlamentari Dr Justyne Caruana bħala Kap tad-Delegazzjoni, u l-Membri Parlamentari l-Onor. Dr Joseph Sammut, l-Onor. Dr Etienne Grech, l-Onor. Tonio Fenech u l-Onor Clyde Puli.
Din il-laqgħa qiegħda ssir taħt il-patroċinju tal-Prinċep ta' Monaco Albert II u matulha qed jiġu diskussi sitt rapporti li saru fi tliet kumitati permanenti tal-Assemblea. Fosthom qed jiġu diskussi rapporti dwar it-terroriżmu, il-kummerċ u l-investiment fil-Mediterran, it-tibdil fil-klima, l-immigrazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u rapport dwar l-iżvilupp politiku tal-Lvant Nofsani ppreparat mill-Onor. Justyne Caruana.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow