STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA: MALTA TILFET POLITKU LI KKONTRIBWIXXA GĦALL-ĠID TA’ PAJJIŻNA
pr150215
03/02/2015
Pajjiżna tilef personaġġ politiku li ħalla impatt fuq pajjiżna u ta kontribut ekonomiku biex pajjiżna jimxi ’il quddiem.
L-eks-Ministru Michael Refalo ħadem sabiex pajjiżna jasal għal waħda mill-akbar kisbiet storiċi, dik tal-Indeipendenza. Refalo ħadem ukoll fl-oqsma tat-turiżmu u kultura, fejn ħalla impatt li għadu jinħass sal-lum.
Il-Gvern Malti jwassal il-kondoljanzi lill-familja tal-eks-Ministru Michael Refalo.
F’isem il-pajjiż kollu, il-Gvern jixtieq juri l-apprezzament għal dak kollu li wettaq Michael Refalo
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046