Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-GVERN

pr150211
Date Icon 02/02/2015
Il-Gvern ippropona d-dibattitu parlamentari dwar il-prezzijiet tal-fuel għal nhar it-Tnejn li ġej.
Din hija l-ewwel ġurnata possibli peress li, nhar t-Tlieta u l-Erbgħa, il-Prim Ministru se jkun il-Ġermanja fuq żjara uffiċjali u minħabba l-fatt li hemm diversi Ministri msiefrin.
L-attitudni negattiva tal-Oppożizzjoni f’dan il-każ tikkuntrasta mal-mod kif, f’Diċembru li għadda, il-Gvern aċċetta mal-ewwel it-talba tal-Oppożizzjoni biex ikun pospost id-dibattitu parlamentari dwar l-investiment ta’ 320 miljun ewro mis-Shanghai Electric Power fl-Enemalta għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni kien se jkun imsiefer.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni tibqa’ tilgħab dan il-logħob pwerili, il-Gvern qed iħares b’ħeġġa għad-dibattitu ta’ nhar it-Tnejn li ġej.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow