ESPRESSJONI TA’ INTERESS GĦAD-DISINN TAL-BARKARELLI TAL-MONTI TAL-BELT VALLETTA
PR150209
02/02/2015
Il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar jixtieq jistieden lil dawk interessati li jipprovdu disinn għall-barkarelli li se jintużaw mill-bejjiegħa tal-Monti, la darba jkunu rilokati fi Triq l-Ordinanza l-Belt Valletta.
Id-disinn provdut irid ikun estetikament jikkumplimenta l-madwar waqt li jkun prattiku għal konsumaturi u l-istess bejjiegħa biex jiġġestixxu l-attività kummerċjali tagħhom. Dawk interessati għandhom juru l-interess tagħhom billi jibagħtu email fuq marketstalls.meib@gov.mt sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 6 ta’ Frar 2015 sa nofsinhar, biex ikunu informati bid-dettalji tal-Espressjoni ta’ Interess u humiex eventwalment eleġibbli biex jissottomettu l-proposti tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046