DISINJI TA’ BARKARELLI GĦALL-MONTI TAL-BELT VALLETTA
Il-Gvern ħa nota tal-kummenti espressi mill-pubbliku fuq il-barkarelli li kienu se jintużaw mill-bejjiegħa tal-Monti tal-Belt Valletta, la darba jkunu rilokati fi triq l-Ordinanza.
Wara diversi konsiderazzjonijiet, il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar qed joħroġ espressjoni ta’ interess biex jistieden lil dawk interessati biex jissottomettu disinji ta’ barkarelli li estetikament jikkumplimentaw il-madwar waqt li jkunu prattiċi għall-konsumaturi u l-istess bejjiegħa biex jiġġestixxu l-attività kummerċjali tagħhom.
Ir-rilokazzjoni tal-Monti tal-Belt għal triq l-Ordinanza se sseħħ kif imħabbar fl-ewwel baġit ta’ dan il-Gvern. Din ir-rilokazzjoni għandha tkun ta’ benefiċċju kemm għall-bejjiegħa kif ukoll għall-konsumaturi waqt li tagħti aktar ħajja lin-negozju.
Il-Gvern jisħaq li din mhux se tkun sempliċi rilokazzjoni ta’ Monti imma wkoll ri-organizazzjoni ta’ Monti, b’barkarelli uniformi, sensiela ta’ standards u indafa li l-bejjiegħa se jkollhom josservaw.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046