Left arrow Go Back

​STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: IL-KTIEB ‘TISJIR MILL-QALB 2014’ MAĦRUĠ MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT MAGĦŻUL GĦALL-FAŻI FINALI TAL-GOURMAND WORLD COOKBOOK AWARDS

PR150207
Date Icon 02/02/2015

Il-ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ maħruġ mill-uffiċċju tal-President b’risq il-Malta Community Chest Fund ġie magħżul għall-fażi finali tal-Gourmand World Cookbook Awards organizzat fiċ-Ċina f’Ġunju li ġej.

Il-Ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ b’riċetti minn għaxar personalitajiet fosthom b’riċetti mir-raġel tal-President is-Sur Edgar Preca ġie magħżul għal tliet kategoriji.  Dak bħala l-aqwa ktieb tar-riċetti bl-iskop li jinġabru fondi għal persuni fil-bżonn, l-aqwa daħla tal-ktieb li ġie miktub mill-President Marie-Louise Coleiro Preca u magħżul ukoll għall-aqwa fotografija ta’ ktieb tar-riċetti meħudin mill-għaqda IRIS.

Il-Ktieb ‘Tisjir mill-Qalb 2014’ għandu riċetti mis-Sur Edgar Preca,  Manuel Aquilina, George Borg, Nancy Buhagiar, Neil Darmanin, Aaron Degabriele, Joseph Mizzi, Liz Said, Mark Schembri u Karmen Tedesco. Il-ktieb fiħ b’kollox tmenin riċetta inkluż riċetti b’ikliet veġetarjani.

Min għadu ma laħaqx kopja, għad fadal għadd żgħir ta’ kopji li jistgħu jinkisbu mill-ħwienet tal-Agenda, Scotts Supermaket, Maypole, Kitchen Garden u mis-sit elettroniku www.mccf.org.mt fejn il-ktieb jitwassal b’xejn mill-MaltaPost fl-indirizz li jingħata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow