Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U S-SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA

pr150205
Date Icon 02/02/2015

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva, l-Avukat Michael Falzon, fil-jiem li għaddew ħa sehem fil-Kumitat tal-Politika, is-Sigurtà u d-Drittijiet Umani tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran.

Din il-laqgħa saret f’Barcellona, fi Spanja, nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Jannar 2015 u għaliha attendew rappreżentanti mill-pajjiżi tal-Mediterran kif ukoll mill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

Fl-intervent tiegħu waqt din il-laqgħa, l-Avukat Falzon tkellem fuq żewġ affarijiet illi jolqtu mill-qrib lill-pajjiżna; l-immigrazzjoni irregolari u t-terroriżmu.

Fuq l-immigrazzjoni huwa saħaq li filwaqt li din is-sena pajjiżna kellu koperazzjoni aħjar ma’ pajjiżi tal-Mediterran, b’mod partikolari mal-Italja, xorta waħda għad fadal ħafna xi jsir f’dan il-qasam.

Fir-rigward tat-terroriżmu, l-Avukat Michael Falzon saħaq illi din hi problema li tolqotna lkoll.  Huwa hawn ħeġġeġ għal aktar koperazzjoni minn kulħadd filwaqt li appella lill-mexxejja ta’ pajjiżi Iżlamiċi sabiex jiddissassoċjaw irwieħhom minn dawn it-terroristi illi qed jabbużaw mill-Iżlam għall-iskopijiet tagħhom.

Il-laqgħa li jmiss ta’ dan il-Kumitat issa hi mistennija li ssir fi Brussell u dan, bi tħejjija għall-Assemblea Ġenerali li titlaqqa’ kull sentejn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow