TITNIEDA R-RABA’ NEUTERING CAMPAIGN GĦALL-ANNIMALI TAT-TRIQ
pr150203
02/02/2015
F’sena u nofs issewwew 1,700 kelb u qattus tat-triq mingħajr l-ebda spiża għall-Gvern
Illum it-Tnejn 2 ta’ Frar ifisser il-bidu ta’ kampanja oħra ta’ tiswija tal-annimali tat-triq. Din se tkun ir-raba’ kampanja f’din il-leġislatura u tilgħab irwol importanti fl-istrateġija tal-Gvern biex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni tal-annimali tat-triq.
Din il-kampanja se tibqa’ sejra sal-14 ta’ Frar, u qed issir bil-kollaborazzjoni mal-NGO Ġermaniża ETN.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes qal li hu fiduċjuż li din ir-raba’ kampanja tkun ta’ suċċess bħat-tlieta l-oħra ta’ qabilha. Fit-tliet kampanji li saru fl-aħħar sena u nofs, issewwew total ta’ 1,700 kelb u qattus tat-triq, b’medja ta’ 560 annimal kull kampanja.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar kif dawn l-annimali ssewwew b’xejn u bla ebda spiża lill-Gvern, b’kuntrast mal-amministrazzjoni Nazzjonalista li kienet nefqet €175,000 fuq kampanja waħda.
Il-kampanja qed issir fil-VetPlus Clinic ta’ Ħal Qormi. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 27400300.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046