Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr150201mt
Date Icon 02/02/2015
Referendum Nazzjonali u elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – 11 ta’ April, 2015 - Dokument tal-Vot
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f’Għawdex u jixtiequ li d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom jinġabar/jinġabru personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f’Malta, u l-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f’Malta u jixtiequ li d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom jinġabar/jinġabru personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f’Għawdex, jistgħu, sas-2.00 p.m. tal-Ħamis, 9 ta’ April, 2015, jinfurmaw b’dan personalment bil-miktub lill-Kummissjoni Elettorali.
Din it-talba għandha ssir personalment bil-miktub lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, VLT 2000, jew 28A, Pjazza San Frangisk, ir-Rabat, f’Għawdex, jew permezz ta’ email personali fuq electoral.office@gov.mt.
Dawn id-dokumenti għall-votazzjoni jinġabru bejn it-Tnejn, 6 ta’ April, u nofsillejl tal-Ħamis, 9 ta’ April, 2015, mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, f’Malta jew f’Għawdex, kif mitlub rispettivament.  Id-dokument/i għall-votazzjoni jingħata/w biss personalment lill-votant innifsu, li għandu bżonn jippreżenta il-karta tal-identità tiegħu.
Il-formula relatata għat-talba tista’ titniżżel ukoll mill-website tal-Kummissjoni Elettoraliwww.electoral.gov.mt
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow