Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI

pr150200
Date Icon 02/02/2015
Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – 11 ta’ April, 2015 - Nomini ta’ Kandidati
Il-Kummissjonarji Elettorali javżaw illi huma ser ikunu fl-Uffiċċju tagħhom Evans Building, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jirċievu nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni fil-Kunsilli Lokali li ġejjin:
Il-Birgu, L-Isla, Ħal Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi, Ħ’Attard, Ħal Balzan,  Ħad-Dingli, Birżebbuġa, Floriana, Il-Gżira, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Il-Ħamrun, L-Iklin, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, Il-Marsa, Marsaxlokk, Il-Mosta, Il-Munxar, In-Nadur, Paola, Il-Qala, Ħal Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, Is-Swieqi, Ix-Xagħra, Iż-Żebbuġ, Iż-Żurrieq
mid-9.00 am sas-1.00 pm u mit-3.00 pm sas-7.00 pm nhar  l-Erbgħa 18, il-Ħamis 19 u l-Ġimgħa 20 ta’ Frar, 2015.
Il-kandidati huma avżati li jridu jippreżentaw il-karta tal-identità tagħhom u li l-parti ta’ fuq tal-formula tan-nomina għandu jkollha d-dettalji tal-kandidat skont kif jidhru fir-reġistru elettorali li ġie ppubblikat fis-26 ta’ Jannar, 2015.   F’każ li l-formola tan-nomina tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat, ir-rappreżentant għandu jġib prokura mill-kandidat li tkun awtentikata minn nutar pubbliku.
Il-formoli ta’ applikazzjoni għan-nomini ta’ kandidati jistgħu jitniżżlu mill-website tal-Kummissjoni Elettorali jew jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali mil-lum u matul il-ġranet tan-nomini fil-ħinijiet imsemmija.
Oġġezzjonijiet għan-nomini jintlaqgħu wkoll fl-imsemmi Uffiċċju mill-Kummissjonarji, fil-ġranet u matul il-ħinijiet speċifikati għan-nomini kif ukoll nhar is-Sibt 21 u t-Tnejn 23 ta’ Frar, 2015,  fl-istess ġranet u ħinijiet.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow