STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA
Nhar it-Tnejn, jidħol fis-seħħ l-ewwel minn sensiela ta’ roħs ippjanat fil-prezzijiet tal- Petrol u tad-Diesel
Kif ippjanat din il-Ġimgħa, il-kumpanija Enemed għalqet numru ta’ tranżazzjonijiet li se jirriżultaw f’roħs fil-prezzijiet tal-petrol u tad-diesel tal-prodotti tagħhom. Dan ir-roħs se jkun qed isir fuq medda ta’ xhur u se jidħol fis-seħħ qabel ma’ jintemmu diversi hedging agreements.
L-Ewwel roħs se jkun dak ta’ 4c kemm għall-Petrol u għad-diesel u se jkun qed jidħol fis-seħħ minn nhar it-Tnejn li ġej. Minn 1.42, il-Prezz tal-petrol se jkun qed jorħos għal 1.38c waqt li l-prezz tad-diesel se jorħos minn 1.35 għal 1.31 kull litru. Aktar roħs se jkun qed jitħabbar fix-xhur li ġejjin.
Dan ir-roħs mill-ġdid ifisser li l-petrol se jkun raħas b’seba’ darbiet u l-prezz tad-diesel se jkun raħas ħames darbiet taħt din l-amministrazzjoni. Dan ir-roħs qed jitħabbar fil-jum li fih il-prezz internazzjonali taż-żejt tela’ bi 8%. Din hija l-għola żieda fil-prezzijiet ta’ kuljum taż-żejt mill-2009.
Fl-2014 Pajjiżna bbenefika minn roħs fil-prezzijiet ta’ fuels u stabbilita’ li kkontribwiet għal rata inqas ta’ inflazzjoni u aktar tkabbir ekonomiku.
Dan jikkuntrasta ma’ dak li seħħ taħt l-amministrazzjoni preċedenti fejn f’Diċembru 2008, minkejja roħs ta’ 51% fil-prezz internazzjonali taż-żejt, il-prezzijiet tal-fuels u tad-dawl u l-ilma żdiedu b’20%.
Illum, l-istess Oppożizzjoni m’għandha l-ebda pjan la għall-enerġija u lanqas m’ għandha pożizzjoni fuq l-istabbilità fil-prezzijiet tal-fuels.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046