KUNĊERT MIT-TENUR TALJAN FRATE ALESSANDRO B’RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
Nhar is-Sibt 7 ta’ Frar, għall-ewwel darba f’Malta se jkun qed jagħti kunċert it-tenur Taljana ta’ fama mondjali, Frate Alessandro minn Assisi, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.
Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rringrazzjat lis-Soċjetà Filarmonika Vilhena li qed torganizza dan il-kunċert ta’ mużika sagra b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-President faħħret lill-komunità Furjaniża li qed tieħu inizjattiva bħal din biex tgħin lil dawk li jiġu bżonn l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund.
Il-President tal-Banda Vilhena, Christopher Vella spjega kif it-tenur Frate Alessandro, se jkun qed jagħti dan il-kunċert b’risq il-Malta Community Chest Fund, u filwaqt li se tinġabar donazzjoni ta’ €10 għad-dħul ta’ dan il-kunċert fil-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana, Frate Alessandro ma jieħu ebda flus biex jagħti dan il-kunċert.
Il-kunċert se jkun qed isir is-Sibt 7 ta’ Frar, fil-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana, fit-8 ta’ filgħaxija. Il-Banda Vilhena se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Heathcliffe Balzan.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046