QBIL FUQ MIŻURI IKTAR EFFIKAĊI KONTRA T-TERRORIŻMU ANKE FIL-KAMP ĠUDIZZJARJU
Wara li l-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea lbieraħ iddiskutew miżuri kif jiġġieldu t-terroriżmu fl-ewwel sessjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Intern li qed isir f'Riga l-Latvja, illum kien imiss lill-Ministri tal-Ġustizzja tal-Istati Membri Ewropej biex fit-tieni sessjoni issir ħidma fuq miżuri, din id-darba fil-kamp ġudizzjarju, li se jwasslu għal reazzjoni effikaċi kontra t-theddida tal-attakki terroristiċi.
F'dan l-eżerċizzju ħadu sehem ukoll rappreżenanti tal-entitajiet ġudizzjarji Ewropej ewlenin, fosthom il-Eurojust, li huma krucjali f'din il-ħidma.
Malta se tkompli tkun sieħeb attiv fit-tkomplija tal-pjan ġudizzjarju Ewropew biex l-Ewropa jkompli jkollha għodod effikaċi kontra t-terroriżmu, kontra l-fenomenu tal-ġellieda barranin u favur il-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa.
Il-Ministri tal-Ġustizzja Ewropej iddibattew ukoll temi oħra, fosthom il-protezzjoni tad-dejta taċ-ċittadini, t-tisħiħ tal-użu tal-informatika fil-kamp tal-Ġustizzja u l-progress ta' msieħba tal-Ewropa tal-Lvant fil-qasam tal-Ġustizzja.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046