STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
pr150182
30/01/2015
Il-Malta Community Chest Fund għandu l-pjaċir iħabbar li s-somma ta’ flus ivvutata għall-Fond għall-Għaqdiet Volontarji hija ta’ 900,000 ewro.
Dettalji dwar il-proċess tal-applikazzjoni għal dan il-Fond se jingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet u laqgħat mal-għaqdiet volontarji li se jsiru fil-ġranet li ġejjin.
Sadanittant, l-għaqdiet volontarji huma mħeġġa li jaqraw id-dokument dwar il-Fond li kien ippubblikat fid-19 ta’ Diċembru 2014, u li jinsab fuq is-sit elettroniku tal-Malta Community Chest Fund. (http://president.gov.mt/mccf)
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046