AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI
pr150180mt
30/01/2015
Referendum Nazzjonali u Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali – April, 2015
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-votanti li se jkunu msiefra jew rikoverati fi sptar f’jum il-votazzjoni tar-referendum u tal-kunsilli lokali nhar is-Sibt 11 ta’ April, 2015, illi huma jkunu jistgħu jivvutaw ġimgħa qabel fil-kumpless tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, nhar is-Sibt 4 ta’ April, 2015, bejn is-7.00 am u l-10.00 pm.
Biex dan ikun possibbli l-votant għandu jattendi personalment bil-karta tal-identità tiegħu għand il-Kummissjoni Elettorali biex jagħmel ġurament.
Id-data u l-ħinijiet minn meta dan jista’ jsir jitħabbru aktar ‘il quddiem.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046