Left arrow Mur Lura

IMĦABBAR RINNOVAR F’SALA OĦRA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

PR150163mt
Date Icon 28/01/2015

40 residenti oħra se jkunu qed igawdu minn ambjent u servizz aħjar u li jixirqilhom

Hekk kif għadu kemm tlesta x-xogħol fis-sala San Ġużepp 3, li għadha ma ġietx inawgurata uffiċjalment, is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret li diġà ġiet identifikata sala oħra biex tibda tiġi mmodernizzata. Dan qalitu waqt id-diskors tagħha fl-okkażjoni tal-għoti taċ-ċertifikati lill-impjegati tar-Residenza San Vinċenz de Paul wara li temmew b’suċċess il-‘Leadership Course’.

Is-Segretarju Parlamentari tenniet ukoll kif bħalissa għaddej xogħol fuq is-swali tan-nisa, St. Francis 3 u 4, li mistennija jkunu lesti sa nofs din is-sena. Hija semmiet ukoll il-proġett tal-kumpless ta’ Rużar Briffa fejn diġà ġiet sottomessa l-applikazzjoni lill-MEPA u permezz ta’ liema proġett se jiżdiedu 125 sodda.

Dr Caruana faħħret ix-xogħol siewi li dawn l-impjegati jagħmlu kuljum u inkoraġġiethom biex jieħdu dawn it-tip ta’ korsijiet sabiex ir-residenza ikollha impjegati aktar imħarrġa. Hija semmiet il-fatt li il-Gvern qiegħed jaħdem sabiex jittrasforma r-residenza f’Ċentru ta’ Eċċellenza għat-Taħriġ dwar il-Qasam tal-Anzjani u fakkret li bħalissa hemm miftuħin ukoll l-applikazzjonijiet għall-‘Care Assistant Courses’ mogħtija f’San Vinċenz.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow