Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT TA’ ŻEWĠ MILJUN EWRO FIĊ-ĊENTRU TAL-BIRGU. BEJN L-2013 U L-2016 IL-GVERN SER IKUN INVESTA 11.5 MILJUN EWRO FI PROĠETTI TA’ RESTAWR FIL-KOTTONERA

pr150162
Date Icon 28/01/2015

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo dalgħodu żar ix-xogħlijiet li għaddejin fil-Berġa ta’ Franza mill-Kunsill Lokali tal-Birgu; xogħlijiet ta’ restawr li huma stmati li jlaħħqu ż-żewġ miljun ewro. Is-sindku tal-Birgu John Boxall sostna li dawn ix-xogħlijiet kienu possibbli biss bl-għajnuna tal-Gvern Ċentrali li għen finanzjarjament lill-Kunsill Lokali sabiex b’għaqal u sostenibbiltà seta’ jwettaq dan il-proġett.

John Boxall tkellem fuq il-proġett li għaddej bħalissa fejn matul il-ġimgħat li ġejjin ser tkun qed tinfetaħ l-ewwel latrina pubblika fil-lokalità u cafeteria li ser tkun qed twassal sabiex it-tmexxija ta’ din il-binja tibqa’ waħda finazjarjament sostenibbli. Is-sindku spjega kif bl-investiment tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, din il-lokalità llum saret destinazzjoni mfittxija kemm mit-turisti u kif ukoll mill-Maltin.

Is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo sostna li l-Gvern ser ikompli jgħin lill-Kunsilli Lokali sabiex ikomplu jwettqu proġetti innovattivi fil-lokalitajiet tagħhom. Spjega kif matul dawn l-aħħar snin il-Kunsill Lokali tal-Birgu dejjem ħadem sabiex jagħmel minn din il-belt storika, destinazzjoni ta’ eċċellenza. Dan huwa investiment li fi kliemu wassal sabiex jingħata rigal lir-residenti kollha ta’ din il-lokalità hekk kif illum il-ġurnata, il-valur tal-proprjetà fil-Birgu żdied bil-bosta.

Stefan Buontempo spjega kif dan il-gvern bejn l- 2013 u l-2016 mistenni jkun għamel investiment totali ta’ 11.5 miljun ewro fi proġetti ta’ restawr fil-lokalitajiet tal-Kottonera permezz tad-Direttorat tar-Restawr. Huwa faħħar ukoll inizjattiva oħra ta’ dan il-gvern li kienet dik mwettqa mill-Ministeru tat-Trasport u l-Infrastruttura, fejn matul ix-xhur li ġejjin ser ikunu qed jiġu organizzati numru ta’ żjarat kulturali li l-għan ewlieni tagħhom huwa dak li jkun hemm bidla fil-mentalità ta’ kif is-socjetà tħares lejn l-ibliet tal-Kottonera.

Is-Segretarju Parlamentari wiegħed li s-Segretarjat tiegħu ser ikompli jinċentiva u jgħin aktar Kunsilli Lokali sabiex iwettqu proġetti bħal dawn; proġetti li fi kliemu huma investiment dirett fil-lokalitajiet tagħna. Stefan Buontempo appella sabiex aktar Kunsilli Lokali jkomplu jwettqu proġetti innovattivi fil-lokalitajiet tagħna; proġetti, bħal dak fil-Berġa ta’ Franza, li għandhom iservu bħala attrazzjonijiet turistiċi ewlenin li jkomplu jgħinu wkoll sabiex jagħtu imbuttatura pożittiva lill-komunitajiet kummerċjali fl-ibliet u l-irħula tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow