Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT JILTAQA' MAL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA

pr150156
Date Icon 27/01/2015

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu laqgħa mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker fejn miegħu ġew diskussi prijoritajiet ta' pajjiżna b'mod partikolari dwar l-ekonomija, is-sitwazzjoni fil-Libja u l-immigrazzjoni.

Il-Prim Ministru sostna mal-President tal-Kummissjoni Ewropea li pajjiżna b'mod konsistenti qed jilħaq il-miri tad-deficit, kif ukoll fl-istess ħin pajjiżna qed jara tkabbir ekonomiku konsistenti. Dan għandu jwassal biex pajjiżna ma jibqax taħt il-proċedura ta' Excessive Deficit Procedure li nbdiet mill-Unjoni Ewropea fil-konfront ta' Malta fl-2013.

Ġiet diksussa wkoll mal-President Juncker is-sitwazzjoni fil-Libja fejn il-Prim Ministru saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti każ dak li qed jiġri fin-naħa ta' isfel tal-Ewropa. Il-Prim Ministru qal li l-Libja għaddejja minn żminijiet diffiċli ħafna u l-Ewropa ma tistax ma tagħtix l-importanza li hemm bżonn lejn dan il-pajjiż li jinsab riesaq lejn problemi serji ta' tmexxija.

Joseph Muscat ressaq ukoll il-punt dwar l-immigrazzjoni rregolari u qal li din għadha problema għal pajjiżna u sostna li hemm bżonn li l-istati membri jgħinu b'mod konkret il-pajjiżi Ewropej l-aktar milquta minn dan il-fenomenu.

Waqt l-istess laqgħa ġiet diskussa wkoll l-Unjoni dwar l-Enerġija fejn il-Prim Ministru qal li l-Ewropa għandha tħares lejn il-possibilta' ta' interkonnessjoni man-naha ta' isfel tal-Ewropa.

Ġiet diskussa wkoll il-governanza taż-żona Ewro u kif din tista' tissaħħaħ. Fl-istess waqt il-Prim Ministru rega' għamel il-pożizzjoni ta' Malta ċara fuq il-qasam tat-taxxi. Huwa sostna li l-qasam tat-taxxi, kif hemm ċar fit-trattati Ewropej, għandu jibqa' kompetenza tal-pajjiżi membri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow