MALTA B'POŻIZZJONI SODA
Fis-sigħat li għaddew is-Segretarju Parlamentari Dr Jose Herrera żamm laqgħa mal-Kummissarju Timor Navracsics u wissa li Malta lesta tieħu l-passi kollha neċessarji sabiex tissalvagwardja l-interessi nazzjonali tagħha fl-industrija tar-remote gaming.
Huwa qal dan fl-ewwel laqgħa li kellu mal-Kummissarju responsabbli mill-isports li flimkien mal-Kummissarju tas-suq intern iridu jmexxu r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il -Manipulazzjoni fil-Kompetizzjonijiet fl-Isports. Din il-Konvenzjoni jekk tigi ratifikata fuq livell Ewropew tista ġġib riperkussjonijiet negattivi fuq l-industrija tal-gaming f'pajjiżna li tħaddem mad-disgħa t'elef persuna.
Matul il-laqgħa tiegħu fi Brussel huwa tkellem dwar il-pożizzjoni ta' Malta fuq il-Konvenzjoni dwar il-Manipulazzjoni fil-Kompetizzjonijiet fl-Isports. Huwa qal li Malta taqbel mal-għanijiet ta' konvenzjoni li ghaddiet mill-Kunsill tal-Ewropa f'Lulju tal-2014 iżda għandha r-riservi tagħha fuq ċerti klawżoli li jekk jiġu fis-seħħ jistgħu ixekklu l-industrija tal-gaming f'pajjiżna. Kien propju minħabba d-definizjoni ta' dak li jagħmel "illegal sports betting" li Malta fil-Kunsill tal-Ewropa vvutat kontra u talbet lill-Qorti tal-UE biex tippronunzja ruħha dwar il-konvenzjoni Ewropea u jekk din tiksirx xi prinċipji fundamentali tal-UE.
Il-konvenzjoni bħalissa tinsab quddiem il-Kummissjoni Ewropea biex tersaq għal firem u l-approvazzjoni tal-pajjiżi membri. Is-Segretarju Parlamentari qal li Malta qed tkun iebsa fil-pożizzjoni tagħha għaliex il-Konvenzjoni qabel tiġi approvata għandha ġġib l-approvazzjoni tal-pajjiżi membri. Kif l-affarijiet jinsabu bħalissa, Malta jidhrilha li r-ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-EU teħtieġ l-approvazzjoni mill-Istati Membri kollha.
Jekk kemm il-darba din il-Konvenzjoni tiġi addotata mill-EU, operaturi liċenzjati f'pajjiżna jkunu ġġudikati mil-liġi tal-pajjiż fejn joffru s-servizz u għalhekk l-operazzjoni tagħha f'pajjiż ieħor b'liċenjza minn Malta, tista tiġi meqjusa bħala llegali f'xi pajjiż ieħor membru tal-UE. Is-Segretarju Parlamentari fakkar li Malta għandha ġurisdizjoni responsabli fejn l-operaturi jridu josservaw numru ta' regoli u liġijiet biex jitħallew jibqgħu joperaw taħt il-bandiera Maltija.
Is-Segretarju Parlamentari responsabli mit-tkabbir ekonomiku kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur ta' Malta fl-UE Marlene Bonnici, l- Avukat Paul Cachia - l-konsulent tas-Segretarju Parlamentari, l-Avukat Corinne Gatt mill-MGA, l-Avukat Andria Buhagiar mill-AG u s-Segretarju Privat l-Avukat Charlon Gouder.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046