Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI FI ĦDAN L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr150146
Date Icon 26/01/2015

L-ICT fis-Servizz Pubbliku

It-Tnejn filgħodu, seminar f’Għawdex laqqa’ is-16-il Chief Information Officer tal-Ministeri u Segretarji Parlamentari flimkien ma’ uffiċjali pubbliċi oħra, bil-għan li jiddiskutu t-teknoloġija tal-informatika fi ħdan il-Gvern u kif jistgħu jiġu mtejba sistemi biex kemm l-uffiċjali, wisq iktar il-pubbliku, jinqeda aħjar.

Id-diskussjoni ffukat fuq metodi kif jista’ jiġi assigurat servizz ta’ kwalita’, kemm internament kif ukoll esternament. Fost is-sistemi esterni diskussa kien hemm l-użu tas-servizzi tal-Gvern onlajn, l-e-government.

Statistika uffiċċjali turi li matul is-sena li għaddiet saru 485,000 transazzjoni permezz tal-Government Payment Gateway li permezz tagħħa persuna tagħmel ħlas għal xi tip ta’ servizz governattiv. Il-valur ta’ dawn it-transazzjonijiet kien ta’ 74.6 Miljun Ewro. L-istrateġija ta’ din l-amministrazzjoni fejn tidhol l-informazzjoni teknoloġika tibqa’ dik li aktar persuni jagħmlu użu mis-servizzi tal-Gvern onlajn, b’aktar effiċjenza u trasparenza. Dan jista’ jsir ukoll permezz tat-twaqqif tal-one-stop-shops, bl-ewwel ċentri jitwaqqfu aktar tard din is-sena.

Is-siti elettroniċi tal-Ministeri u l-midja soċjali wkoll kienu fiċ-ċentru tad-diskussjoni. Bil-għan li tkun aktar faċli għall-pubbliku li jaċċessa informazzjoni onlajn, qed issir ħidma biex isir tibdil fid-dehra tas-siti elettroniċi fejn fost l-oħrajn, is-servizzi l-iktar imfittxija mill-pubbliku jingħataw prominenza fis-sit. B’hekk il-pubbliku jingħata servizz aktar faċli u iktar effiċjenti.

Fost is-sistemi interni diskussa kien hemm dik ta’ Direttiva Nru 8, fejn f’ċirkulari maħruġa f’Ottubru tas-sena li għaddiet, inħolqot sistema li permezz tagħha jitjieb is-servizz mogħti internament lill-uffiċjali pubbliċi. Id-direttiva tistipula żmien definit sa meta uffiċjal jingħata risposta jew approvazzjoni fuq talba li jkun għamel. Din is-sistema ċentralizzata tista’ tintuza mill-uffiċjali pubbliċi fil-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern.

Il-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku tkompli b’laqgħa ta’ diskussjoni għall-operaturi ekonomiċi matul il-jum tat-Tlieta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow