Left arrow Go Back

HUWA XIERAQ LI NOFS SEKLU TA’ ĦIDMA MINN DIN L-ART ĦELWA JITFAKKAR BL-INAWGURAZZJONI TA’ DLH GROVE FIL-PARK TAL-MAJJISTRAL – IL-MINISTRU LEO BRINCAT

PR150136
Date Icon 24/01/2015

“Huwa xieraq u f’waqtu li nofs seklu ta’ ħidma minn Din l-Art Ħelwa (DLH) jitfakkar bl-inawgruazzjoni ta’ Din l-Art Ħelwa Grove fil-Park tal-Majjistral; Park li fih stess Din l-Art Ħelwa tat kontribut tul is-snin fit-tmexxija tiegħu permezz tal-Federazzjoni li hi tagħmel parti minnu.” Dan qalu dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta kien qed jattendi għall-inawgurazzjoni ta’ DLH Grove.

Il-Ministru Leo Brincat qal li ħamsin sena ta’ ħidma ta’ kwalunkwe organizzazzjoni, għaqda jew entità huma prova ċara u ħajja tal-impenn u perseveranza tat-tmexxija u tal-membri tagħha.

Huwa kompla li fil-każ ta’ Din l-Art Ħelwa dan jispikka aktar, għaliex meta twaqqfet Din l-Art Ħelwa ftit li xejn kienu jeżistu għaqdiet jew organizzazzjonijiet impenjati favur il-ħarsien tal-ambjent naturali, il-konservazzjoni tal-ambjent, kif ukoll il-wirt nazzjonali kulturali u r-restawr f’pajjiżna.

Filwaqt li feraħ lid-diriġenti ta’ Din l-Art Ħelwa u l-kumitat responsabbli għal dan il-ħamsin anniversarju, l-Ministru Brincat sellem ukoll lill-uffiċjali tal-istess organizzazzjoni li taw il-kontribut siewi tul is-snin.

Min-naħa l-oħra huwa feraħ ukoll lill-MiddleSea Insurance Plc u l-MiddleSea Valletta Life Plc li għenu biex jitħawwlu madwar 500 siġra endemika f’dan il-Grove, għaliex bis-sehem tagħhom urew li filwaqt li r-responsabbiltà aħħarija tal-afforestazzjoni fil-pajjiż tibqa’ dik tal-Gvern innifsu, s-settur privat jista’ jservi ta’ mutur u katalista biex dan il-proċess jimxi ‘il quddiem b’pass dejjem aktar mgħaġġel.

Il-Ministru awgura lill-MSV Life plc għall-20 anniversarju tagħhom.

Huwa radd ħajr lis-settur privat li f’dawn l-aħħar ġimgħat ta u ser ikompli jagħti turija ċara tal-impenn tiegħu biex jintlaħqu dawn l-għanijiet li minnhom tibbenifika s-soċjetà nnifisha.

Meta tkellem dwar il-Park tal-Majjistral, il-Ministru Leo Brincat qal li matul l-aħħar xhur il-Federazzjoni u l-Bord ta’ Sorvelja appuntat mill-Gvern ħadmu tajjeb u id f’id, filwaqt li l-Gvern żamm u onora fedelment u fil-ħin  l-appoġġ finanzjarju tiegħu għat-tmexxija ta’ dan il-Park. Il-Ministru wera x-xewqa tiegħu li dak li ġie maqbul f’laqgħat riċenti, li l-Federazzjoni nnifisha taħdem b’mod dejjem aktar strutturat, iseħħ għall-ġid tal-Park innifsu u ta’ dawk li jżuruh, kif ukoll ħalli r-riżultati pożittivi jkomplu jikbru u jissaħħu.

Il-Ministru Leo Brincat temm jgħid li kien jinsab konvint li taħt it-tmexxija tas-Sur Sammy Vella bħala Chairman ġdid tal-Bord ta’ Sorvelja, l-Federazzjoni ser tkun f’qagħda li tkompli ttejjeb u ssaħħaħ l-operat tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow