IDENTIFIKAT SIT GĦALL-EWWEL LIFELONG LEARNING HUB GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana llum żaret is-sit f’Għajnsielem fejn ser jinfetaħ learning hub għall-persuni b’diżabilità. Dan il-learning hub ser ikun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu u huwa intiż sabiex, b’kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet oħra, persuni b’diżabilità jingħataw taħriġ varjat f’diversi oqsma sabiex jitgħallmu jgħixu ħajja indipendenti u jkabbru l-possibilità li jkollhom opportunitajiet ta’ xogħol.
Dan il-proġett se jsir fi proprjetà mikrija mingħand il-Knisja u proprju llum bdew ix-xogħlijiet preparatorji biex jibda jitlesta l-proġett u jibda jopera mill-aktar fis.
Waqt iż-żjara tagħha, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana kienet akkumpanjata wkoll mid-diriġenti ta’ Dar Arka fejn saru wkoll taħdidiet dwar kollaborazzjoni iktar b’saħħitha b’risq il-persuni b’diżabilità f’Għawdex. Dan huwa parti mix-xogħol li s-Segretarjat Parlamentari qiegħed jagħmel biex iżid u jsaħħaħ is-servizzi komunitarji fil-Gżejjer Maltin.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046