Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

pr150133
Date Icon 24/01/2015

Aktar tnaqqis fin-numru ta’ nies qegħda

L-aħħar figuri li ġew ippubblikati mill-NSO għax-xahar ta’ Diċembru li għadda jikkonfermaw l-andament b’saħħtu tal-ekonomija Maltija fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tnaqqis tal-qgħad.

Il-figuri juru kif l-ammont ta’ persuni li jirreġistraw naqas b’1,114 meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan huwa l-ikbar tnaqqis li ġie reġistrat fix-xahar ta’ Diċembru għal dawn l-aħħar seba’ snin.

"Fost l-indikaturi l-iktar li jagħtuna sodisfazzjon huma ċ-ċifri li jindikaw tnaqqis sostanzjali fin-numru ta’ persuni li ilhom jirreġistraw għal aktar minn sena, kif ukoll fin-numru ta’ nisa qegħda,” iddikjara l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

Dan it-tnaqqis huwa l-frott tal-miżuri mnedija minn dan il-Gvern li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol billi jeliminaw kemm jista’ jkun l-ostakli li jiskoraġġixxu bniedem milli jaħdem.

Dawn il-figuri jikkonfermaw ukoll figuri riċenti maħruġa mill-Eurostat fejn juru li Malta għandha t-tielet l-inqas rata ta’ qgħad meta mqabbel mat-28 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.

Din l-istess Aġenzija tistqarr ukoll li Malta rnexxielha tirreġistra l-anqas rata ta’ qgħad minn mindu bdiet tiġi mkejla r-rata ta’ qgħad f’Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow