STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA -L-Oppożizzjoni tkompli bl-inkompetenza ekonomika tagħha
In-negattività tal-Oppożizzjoni dwar l-ekonomija Maltija tikkonferma li l-bidla li saret fis-Shadow Cabinet fil-fatt ma kienet bidla xejn. Il-kelliem tal-finanzi kompla fejn ħalla l-predeċessur tiegħu bl-istess livell baxx analitiku u taħwid ta’ fatti bażiċi.
Meta attribwixxiet it-tnaqqis fid-dejn nazzjonali ta’ Malta għal reviżjoni statistika, l-Oppożizzjoni ma ndunatx li l-istatistika tal-Eurostat tinkludi r-reviżjoni fil-livell tal-Prodott Gross Domestiku, kemm għal Malta kif ukoll għall-pajjiżi l-oħra, għall-perjodi kollha. Dan ifisser li r-reviżjoni ma kkontribwixxiet assolutament xejn għall-bidla fil-figura tad-dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku bejn it-tieni u t-tielet kwart tal-2014.
L-inkompetenza ekonomika tal-Oppożizzjoni dehret ukoll meta ppruvat tnaqqas l-importanza tat-tnaqqis fid-dejn nazzjonali bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali. Skont is-Shadow Minister tal-finanzi, il-Gvern qed jonfoq ħafna u b’hekk qed iżid il-ġid nazzjonali u jaqa’ l-persentaġġ tad-dejn meta mqabbel mal-ġid nazzjonali.
Kieku vera hawn spiża esaġerata, din tkun riflessa f’żieda fid-dejn nazzjonali. Kull ewro żieda fl-ispiża, jispiċċa ewro żieda fid-dejn. Iġifieri anke jekk l-ispiża żżid il-ġid nazzjonali, din tkun għolliet id-dejn nazzjonali bl-istess ammont u l-persentaġġ jibqa’ l-istess. Bir-raġunament tal-kelliem għall-Finanzi tal-Oppożizzjoni, kieku kull Gvern jibda jonfoq bla rażan biex jiżdied il-ġid nazzjonali u jaqa’ l-piż relattiv tad-dejn nazzjonali.
Fatt ieħor bażiku li l-Oppożizzjoni għadha ma fehmitx huwa li hemm skop ċar għala d-dejn nazzjonali jitkejjel minn aġenziji internazzjonali bħal Eurostat u l-IMF bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali. Dan għaliex l-importanti m’huwiex l-ammont totali ta’ dejn imma kemm dan id-dejn jipparaguna mad-dħul li jista’ jintuża biex dan jitħallas. Jekk ma tkun taqla’ xejn u tkun midjun mitt ewro, tkun f’sitwazzjoni ferm agħar milli jekk tkun midjun elf ewro imma tkun taqla’ għoxrin elf ewro.tat u l-IMF bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali. Dan għaliex l-importanti m’huwiex l-ammont totali ta’ dejn imma kemm dan id-dejn jipparaguna mad-dħul li jista’ jintuża biex dan jitħallas. Jekk ma tkun taqla’ xejn u tkun midjun mitt ewro, tkun f’sitwazzjoni ferm agħar milli jekk tkun midjun elf ewro imma tkun taqla’ għoxrin elf ewro.
Huwa ironiku li l-kelliem għall-Finanzi tal-Oppożizzjoni jitkellem fuq piżijiet tad-dejn nazzjonali meta, fil-ħames snin li l-istess kelliem kien jifforma parti mill-amministrazzjoni preċedenti, id-dejn nazzjonali kien żdied minn 60% tal-Prodott Gross Domestiku għal 71%. Bil-kejl tiegħu stess, il-livell assolut ta’ dejn kien żdied minn €3,522 miljun għal €5,172 miljun. Iġifieri kull sena, bħala medja, id-dejn nazzjonali żdied bi 2.1% tal-Prodott Gross Domestiku, jew €330 miljun.
Minn naħa l-oħra, taħt din l-amministrazzjoni, bejn it-tieni u t-tielet kwart tal-2014 id-dejn nazzjonali naqas bi 2.7% tal-Prodott Gross Domestiku li kien it-tieni l-akbar tnaqqis fid-dejn nazzjonali minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Dan il-Gvern se jibqa’, fix-xhur li ġejjin, iwettaq il-politika ta’ tkabbir ekonomiku li tibni fuq l-ottimiżmu u dinamiżmu tal-poplu Malti u Għawdxi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046