IMNIEDI L-PROĠETT ‘E-ANZJAN’ SABIEX TKOMPLI TINQATA’ D-DIGITAL DIVIDE GĦALL-ANZJANI
Il-Gvern qed jinvesti ħafna f’tagħlim għall-anzjani bbażat fuq it-twemmin li l-anzjani għandhom ikollhom kull aċċess għall-opportunitajiet differenti. Riċentament il-Gvern imbarka fuq progett estensiv ta’ tagħlim tul il-ħajja għall-anzjani fejn iċ-ċentri ta’ matul il-jum għall-anzjani fil-komunità nbiddlu f’learning hubs fejn fost affarijiet oħra qed tingħata spinta lit-tagħlim fit-teknoloġija tal-informatika.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret proġett ieħor li huwa ħolqa oħra f’sensiela ta’ proġetti relatati mal-IT. Il-proġett ġie imsemmi ‘e-anzjan’ u qed isir fir-residenza San Vinċenz b’kollaborazzjoni mat-TCTC.
Dan il-proġett ġie varat fi swali 3 u 4 tal-blokka Papa Ġwanni Pawlu II u t-tliet swali fil-blokka Padre Pio. Numru ta’ impjegati f’dawn is-swali ġew mistiedna biex ikunu E-Buddys u b’kollox ser ikun hemm 20 E-Buddy li huma impjegati tar-Residenza u li ġew imħarrġa apposta biex iwettqu dan l-irwol. Dan il-proġett se jsir bl-użu ta’ tablets li se jitqassmu lir-residenti fl-istess swali.
L-E-Buddy se jgħin lir-resident juża t-tablet biex ikun jista’ jikkomunika mal-qraba tiegħu. Dan jinkludi social media u Skype. Wara t-taħriġ, l-E-Buddys se jingħataw ukoll ċertifikat u tablet ta’ 7 pulzieri kull wieħed. Kull sala se tingħata ukoll 4 tablets ta’ 9 pulzieri, għall-użu tas-sala.
Dr Caruana qalet li fiż-żmien li ġej il-Gvern se jkun qiegħed jieħu iżjed inizjattivi sabiex ikompli jħarreġ l-anzjani fil-qasam tal-informazzjoni teknoloġika biex filwaqt li nkunu qed nikkumbattu d-digital divide fost l-anzjani tagħna, inkunu wkoll qed nagħtuhom opportunità li jitgħallmu f’San Vinċenz stess. Dan huwa proġett li jifforma parti wkoll mill-process ta’ re-branding tal-istess residenza.
Stqarrijiet Oħra:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046