Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI IAN BORG JISSOKTA BIŻ-ŻJARA TIEGĦU FI BRUSSELL: JILTAQA’ MAL-KUMMISSARJU HAHN KIF UKOLL MAS-SEGRETARJI ĠENERALI DAY U CORSEPIUS

PR150119
Date Icon 23/01/2015

Iż-żjara li s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza 2017 u għall-Fondi Ewropej Dr Ian Borg qiegħed jagħmel fi Brussell issoktat permezz ta’ aktar laqgħat.

Fost oħrajn, huwa ltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Uwe Corsepius. Dr Borg ta ħarsa estensiva ta’ fejn waslu l-preparamenti għall-Presidenza Maltija fl-ewwel sitt xhur tal-2017.  Iż-żewġ naħat irrikonoxxew l-importanza li membru stat żgħir bħal Malta jista’ jkollu f’dan il-livell.  Matul l-istess laqgħa, ġie diskuss il-programm ta' taħriġ li s-Segretarjat innifsu jħejji għal dawk il-Maltin li ser jaħdmu u jippresjedu laqgħat matul il-Presidenza.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg iltaqa’ wkoll mal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u Negozjati għat-Tkabbir Johannes Hahn. Matul din il-laqgħa ġie diskuss l-bżonn li tiġi riveduta l-politika Ewropea tal-Viċinat fl-interess tal-membri Stati permezz ta’ proċeduri li jippermettu  aktar flessibbiltà u li jagħtu lok lill-Unjoni Ewropea li taġixxi b’mod aktar mgħaġġel.

Kif mistenni, ir-reġjun tal-Mediterran kif ukoll l-immigrazzjoni kienu wkoll fost it-temi l-aktar diskussi hekk kif Malta ser appuntu tkun l-ewwel pajjiż provenjenti minn dan ir-reġjun li se tkun qed tippresjedi fuq il-Kunsill tal-Ministri minn mindu ġiet fi tmiemha l-Presidenza Taljana s-sena li għaddiet.

Aktar kmieni Dr Borg iltaqa’ wkoll mal-Ewwel Viċi President tal-Kumitat REGI fil-Parlament Ewropew Younous Omarjee li ddiskuta miegħu l-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija fl-2017 kif ukoll l-ippjanar tal-programm finanzjarju għall-perjodu 2014-2020 li permezz tiegħu Malta ser tkun qed tagħmel il-parti tagħha sabiex jintlaħqu l-miri Ewropej għas-sena 2020.

Aktar laqgħat huma mistennija matul il-ġurnata tal-lum, fejn fost l-oħrajn Dr Borg ser jiltaqa' mas-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea Catherine Day.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow