Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr150113
Date Icon 22/01/2015

L-Oppożizzjoni tkompli tiżbalja dwar il-prezz tal-fuel

Wara li l-Oppożizzjoni lbieraħ fil-Parlament ma kinitx kapaċi ssemmi mqar pajjiż wieħed fl-Unjoni Ewropea li għandu l-prezzijiet tal-fuel li qed tgħid li għandu jkun hemm f’Malta (u li fuqha qed jibbazaw l-argument kollu taghhom), illum għamlet tentattiv li falla mal-ewwel għaliex għal darba oħra huwa mibni fuq żball. L-informazzjoni li tat illum l-Oppożizzjoni dwar prezzijiet tal-petrol u d-diesel fil-Polonja hija fittizja.

Fl-istqarrija tagħha, l-Oppożizzjoni tgħid li l-Unjoni Ewropea qed tikkonferma li fil-Polonja l-prezz tal-petrol huwa 92ċ kull litru u tad-diesel huwa 94ċ kull litru. Din hija mill-ġdid informazzjoni żbaljata li tixhed l-inkompetenza ekonomika tal-Oppożizzjoni.

Skont il-kejl uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/2015_01_19_with_taxes_1736.pdf , fil-Polonja kemm il-prezz tal-petrol u kemm tad-diesel huwa €1.02 kull litru. Jiġifieri l-unika wieħed minn 28 pajjiż fl-Unjoni Ewropea li, l-Oppożizzjoni b’mod żbaljat ippruvat issemmi, wkoll għandu prezzijiet ogħla minn dawk li qed tgħid li għandu jkun hemm f’Malta.    , fil-Polonja kemm il-prezz tal-petrol u kemm tad-diesel huwa €1.02 kull litru. Jiġifieri l-unika wieħed minn 28 pajjiż fl-Unjoni Ewropea li, l-Oppożizzjoni b’mod żbaljat ippruvat issemmi, wkoll għandu prezzijiet ogħla minn dawk li qed tgħid li għandu jkun hemm f’Malta.   

Fit-tentattiv li, wara s-seduta parlamentari tal-bieraħ, l-Oppożizzjoni ma tidhirx li nqabdet li m’hemm ebda pajjiż Ewropew bil-prezzijiet baxxi li qed tikkwota, iddeċidiet li tirrikorri għal ċifri mis-sit https://www.energy.eu/fuelprices/ li mhuwa bl-ebda mod marbut mal-Kummissjoni Ewropea u, kif jingħad fl-istess sit elettroniku, jitmexxa minn kumpanija privata Olandiża https://www.energy.eu/terms/.  Xhieda ta’ dilettantiżmu li ma tixraqx lil Oppożizzjoni serja.

Din il-kumpanija tiġbor l-informazzjoni permezz ta’ stħarriġ li tagħmel bħala organizazzjoni kif jingħad f' https://www.energy.eu/Methodology/Energy/Methodology-Energy.pdf. Fil-każ tal-Polonja, pereżempju, l-informazzjoni nġabret minn kampjun ta’ 75 persuna. 

Min-naħa l-oħra l-informazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni Ewropea tinġabar mill-Uffiċċji Nazzjonali tal-Istatistika ta’ kull pajjiż skont ir-regoli stabbiliti minn regolament maqbul mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-1999 (1999/280/EC) kif jingħad f’ http://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/2013_8737_commission_recommendation.pdf. Dawn ir-regolamenti ġew ikkonfermati mill-ġdid fil-11 ta’ Diċembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea.

Tibqa’ l-istedina tal-Gvern biex, f’ġieħ il-kredibilità, l-Oppożizzjoni ssemmi pajjiż wieħed fl-Unjoni Ewropea li llum għandu l-prezzijiet baxxi tal-petrol u d-diesel li, skont hi, għandu jkollha Malta.

Is-silenzju tal-Oppożizzjoni lbieraħ fil-Parlament u l-istqarrija żbaljata tagħha dalgħodu turi li dawn il-prezzijiet illum ma jeżistu f’ebda pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Wieħed jittama li l-Oppożizzjoni mhux qed timplika li huma ċ-ċittadini kollha Ewropej li qed jinsterqu fuq il-prezz tal-fuel mill-gvernijiet rispettivi tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow