TIBDA L-ĦIDMA TA' MALTA FIL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN GĦALL-PRESIDENZA TAL-UE
PR150108
21/01/2015
Sitt ministri li flimkien jirrappreżentaw l-oqsma tal-Ġustizzja u l-Intern tal-Olanda, l-Islovakkja u Malta llum iltaqgħu f'The Hague, l-Olanda sabiex flimkien jippreparaw għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma rispettivi.
Dawn it-tliet pajjiżi se jokkupaw il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea mill-1 ta' Jannar 2016 sal-aħħar ta' Ġunju 2017.
Il-ministri ddiskutew il-prijoritajiet ewlenin li dawn il-Presidenzi għandu jkollhom, fosthom l-immigrazzjoni u ġustizzja iktar effiċjenti. Il-Ministri Owen Bonnici u Carmelo Abela sostnew li l-Mediterran għandu jibqa' fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.
Other Press Releases:
PR262047
STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...
PR262046