Left arrow Mur Lura

ORGANIZZAT FUTSAL FESTIVAL GĦALL-ISKEJJEL PRIMARJI

PR150105
Date Icon 21/01/2015

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fejn għaddejja t-tieni fażi tal-Futsal Festival tal-iskejjel primarji.  Dan il-festival qed ikun organizzat kull sena bil-kollaborazzjoni tal-SPU (Sport Promotion Unit) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), id-Dipartiment tal-grassroots tal-Malta Football Association (MFA) u l-Futsal Malta Association (FMA).

Il-festival fih tliet fażijiet, wara li kull skola primarja torganizza Futsal Festival fl-iskola għall-istudenti tagħha, ikun imiss li kull skola tilgħab kontra l-iskejjel l-oħra tal-kulleġġ fit-tieni fażi.  Inċidentalment ilbieraħ kienet għaddejja it-tieni fazi tal-kulleġġ San Ġorġ Preca li rat lill-iskejjel kollha tal-kulleġġ jipparteċipaw fi spirtu sportiv. Wara din it-tieni fazi jingħażel tim li jirrappreżenta lill-kulleġġ kollu u li jilgħab kontra kulleġġi oħra fil-fażi finali ta’ dan il-festival.   

Is-Segretarju Parlamentari filwaqt li tkellem mat-tfal preżenti, irringrazzja lill-għalliema li qed jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jippromwovu l-valuri tal-isport fl-istudenti tagħhom. 

Preżenti wkoll kien hemm il-President tal-FMA Mark Borg, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal Mark Marlow u l-aġent kap eżekuttiv tal-KMS Mark Cutajar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  L-isport huwa għodda b’saħħitha ħafna fil-ġlieda kontra l-vjolenza domestika – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262047

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI L-isport ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2026 jagħti ġieħ lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin

PR262046

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow